
L-ispazju tiegħek biex tipparteċipa fit-tfassil tal-politika tal-UE
Iċ-ċittadini jagħtu r-rakkomandazzjonijiet finali dwar l-ekwità interġenerazzjonali

Matul tliet weekends, 150 ċittadin magħżulin b’mod aleatorju mis-27 Stat Membru kollha tal-UE biex jirrappreżentaw id-diversità tal-UE ltaqgħu biex jiddiskutu kif l-istrateġiji politiċi Ewropej jistgħu jippromwovu aħjar l-ekwità bejn il-ġenerazzjonijiet — biex niżguraw li d-deċiżjonijiet li jittieħdu llum joħolqu l-opportunitajiet u jiggarantixxu s-sostenibbiltà għal għada.
Flimkien, ħarġu b’damma ta’ prijoritajiet u rakkomandazzjonijiet konkreti biex jorjentaw l-azzjoni tal-UE b’rabta mal-Istrateġija dwar l-Ekwità Interġenerazzjonali. Il-proposti tagħhom għandhom l-għan li lil dawk li jfasslu l-politika jgħinuhom jibbilanċjaw l-għanijiet soċjali, ekonomiċi, u ambjentali bejn il-ġenerazzjonijiet, u b’hekk jikkontribwixxu għal Ewropa aktar ġusta u orjentata lejn il-ġejjieni għal kulħadd.
Id-dibattitu beda — kif nistgħu nreġġgħu lura t-tnaqqis tal-insetti dakkara selvaġġi?

L-insetti dakkara selvaġġi jinkludu n-naħal solitarju, in-naħal bagħal, id-dubbien tal-familja Syrphidae, il-friefet, il-baħrijiet – u dubbien ieħor, iż-żnażan, u anke l-ħanfus!
Minkejja d-daqs żgħir tagħhom, dawn l-annimali li bilkemm jidhru huma ħafna aktar importanti għas-soċjetajiet umani u għan-natura milli wieħed jista’ jimmaġina.
Madwar erbgħa minn kull ħames għelejjel u pjanti tal-fjuri selvaġġi jiddependu mid-dakkara biex jittrasferixxu t-trab tad-dakra u jgħinuhom jirriproduċu.
Għalhekk, peress li ħajjitna hija minsuġa sew mad-destin tad-dakkara, id-deċiżjonijiet dwar x’għandu jsir għandhom ikunu s-suġġett ta’ dibattitu pubbliku wiesa’.

Id-dibattitu dwar il-baġit tal-UE issa ngħalaq

Id-dibattitu online dwar it-tiswir ta’ baġit Ewropew fit-tul ġdid issa ngħalaq uffiċjalment. Nirringrazzjaw mill-qalb lil dawk kollha li pparteċipaw u qasmu l-ħsibijiet, l-ideat, u l-viżjonijiet tagħhom permezz tal-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini.
Il-kontributi kollha se jiġu kkunsidrati bir-reqqa mill-Kummissjoni Ewropea hekk filwaqt li tħejji l-proposta tagħha għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.
Dalwaqt se jiġi ppubblikat, fil-paġna tad-dibattitu dwar il-baġit Ewropew il-gdid, rapport li jiġbor fil-qosor l-ideat u l-kontributi ewlenin.
Ibqa’ segwina biex issir taf bl-aħħar aġġornamenti!
Iċ-ċittadini jippreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet finali għall-baġit il-ġdid tal-UE

Għal tliet weekends, 150 ċittadin magħżulin b’mod aleatorju mis-27 Stat Membru kollha tal-UE ltaqgħu biex jiddiskutu kif il-baġit tal-UE għandu jirrispondi għall-prijoritajiet komuni u għall-isfidi fit-tul.
Flimkien, qablu dwar għadd ta’ prijoritajiet politiċi u rakkomandazzjonijiet konkreti li se jgħinu fit-tiswir tal-finanzjament futur tal-UE u jikkontribwixxu għall-inizjattivi li ġejjin tal-Kummissjoni. L-għan tagħhom kien li jiġi żgurat li l-baġit tal-UE jirrispondi b’mod effettiv għad-dinamika globali li qed tinbidel u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja madwar l-Unjoni Ewropea.
Il-lista tar-rakkomandazzjonijiet, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni Ewropea, tinsab hawnhekk.

Bulettin dwar l-inizjattivi tagħna għall-involviment taċ-ċittadini
L-Assemblea taċ-Ċittadini Żgħażagħ dwar id-DakkaraIt-tnaqqis tal-insetti dakkara huwa ta’ theddida għad-disponibbiltà tal-ikel, għall-prosperità futura tagħna, u għan-natura. Kif nistgħu, għaldaqstant, inreġġgħu lura t-tnaqqis tal-insetti dakkara selvaġġi?
Djalogi ta’ Politika maż-ŻgħażagħXbajt tħoss li ma tingħatax widen? L-affarijiet qed jinbidlu. Dan l-aħħar, żgħażagħ minn madwar l-UE kollha u minn lil hinn minnha poġġew bilqiegħda magħna għal taħditiet reali wiċċ imb wiċċ u qalulna dak li għandhom f’moħħhom.
Issa jmiss lilek.
X’inhi l-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini?
Dan huwa l-ispazju apposta għalik biex tinvolvi ruħek u tiddibatti dwar il-politiki tal-UE li jaffettwawna lkoll.
Ir-rispons tiegħek huwa parti vitali mill-proċess tat-tfassil tal-inizjattivi politiċi tagħna. Il-vuċi ta’ kulħadd tgħodd u aħna ħerqanin biex nisimgħu x’għandek xi tgħid int.
Bis-saħħa tat-traduzzjoni f’ħin reali, tista’ tipparteċipa bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE, u tinvolvi ruħek ma’ ċittadini oħrajn bħalek. Ejjew nibnu l-Ewropa flimkien!
Fażijiet tal-involviment taċ-ċittadini
- ParteċipazzjoniKontribuzzjonijiet online
Iċ-ċittadini joħolqu, jikkummentaw, u jivvutaw dwar il-kontribuzzjonijiet fuq il-Pjattaforma tal-Involviment taċ-Ċittadini
DeliberazzjonijietPanels taċ-Ċittadini tal-UEIl-kontribuzzjonijiet jgħaddu għand il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej u jikkontribwixxu għall-proċess tat-tfassil tal-politika Ewropea
Ħidma ulterjuriNieħdu azzjoni fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadiniIl-kontribuzzjonijiet isir xogħol fuqhom b’diskussjonijiet ibbażati fuq rapporti regolari
Kummenti b’reazzjoniKomunikazzjoni trasparenti dwar l-eżituIċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-miżuri politiċi
Tista’ tipparteċipa billi tippowstja l-kontribuzzjoni jew billi tikkummenta jew tapprova kontribuzzjonijiet ta’ oħrajn. Tista’ tikkontribwixxi bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Trid tidħol fis-sistema billi tuża l-EU Login. Irreferi għall-paġna tal-EU login biex toħloq kont.
Meta tkun dħalt fis-sistema, tista’ żżid il-kontribuzzjoni tiegħek stess billi tikklikkja fuq il-buttuna “Kontribuzzjoni ġdida +”. Imbagħad, indika t-titlu u l-kontenut tal-kontribuzzjoni tiegħek, li jrid ikun fiha bejn 150 u 1,500 karattru.
Tista’ wkoll tikkummenta dwar kontribuzzjoni jew “tapprovaha”. “Approvazzjoni” tista’ titqies bħal meta tagħmel “like” fuq kontenut li jittella’ fuq forom oħra tal-midja soċjali.
Il-kontribuzzjonijiet tiegħek jiġu ppubblikati minnufih, u għalhekk trid tirrispetta r-Sir af kif nagħmlu dan
Dawn il-mistoqsijiet ikopru firxa ta’ suġġetti relatati mal-funzjonalità, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kontenut u s-suġġetti, u mistoqsijiet mixxellanji dwar il-Pjattaforma għall-Involviment taċ-Ċittadini.
Il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej
Fażi ġdida tal-involviment taċ-ċittadiniSkopri aktarObjettiv ewlieni tal-Kummissjoni Ewropea huwa l-parteċipazzjoni aktar b’saħħitha taċ-ċittadini fil-proċessi u l-politiki demokratiċi tagħha. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej bħala karatteristika regolari tal-ħajja demokratika fl-UE.
Kull Panel taċ-Ċittadini jiġbor flimkien 150 ċittadin magħżul b’mod aleatorju mis-27 Stat Membru tal-UE, li jirriflettu d-diversità tal-Ewropa u l-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. Il-panels jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar inizjattivi politiċi ewlenin li jaffettwawna lkoll.
Żomm ruħek aġġornat mal-aħħar żviluppi dwar il-panels attwali u futuri.
Links relatati
Explore the ways you can contribute to the thinking about our policies and the ways we work.
Dokumenti
Pubblikazzjonijiet ġenerali15 Lulju 2024Citizens' Engagement Platform - FactsheetIxxerja din il-paġna