L-UE għandha servizz ċentrali ta’ kuntatt kif ukoll firxa ta’ ċentri madwar l-UE kollha li jipprovdu informazzjoni, servizzi, u appoġġ lill-pubbliku.
Sib liema huma ċ-ċentri tal-UE li jinsabu qrib tiegħek u sir af dwar is-servizzi tagħhom billi tuża l-menus li jinżlu fuq il-mappa ta’ hawn taħt. Tista’ tagħżel iċ-ċentri tal-UE
- skont il-pożizzjoni ġeografika: ikklikkja fuq il-buttuna “iġġeolokalizzani” biex tara ċ-ċentri kollha tal-UE qrib il-pożizzjoni attwali tiegħek
- skont il-pajjiż: iffiltra skont il-pajjiż u r-reġjun biex issib ċentru tal-UE
- skont iċ-ċentru: agħżel li tara ċentru wieħed jew aktar tal-UE fuq il-mappa
- skont is-suġġett: agħżel suġġett speċifiku biex issib l-aktar ċentru/i tal-UE adattat(i) biex ikollok tweġiba għall-mistoqsija tiegħek.
Ikklikkja fuq wieħed miċ-ċentri tal-UE fuq il-mappa (immarkati b’tikek ikkuluriti) għad-dettalji dwar kif tista’ tagħmel kuntatt u għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi li joffri.
Il-mappa tal-“Unjoni Ewropea madwari”
Skopri liema ċentru jista’ jkunlek utli
Xi ċentri tal-UE jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar l-UE, u oħrajn joffru pariri u servizzi speċjalizzati dwar programmi u temi differenti tal-UE. Skopri liema ċentru huwa l-aktar adattat biex iwieġeb il-mistoqsija tiegħek billi tagħti daqqa t’għajn lejn il-kategoriji ta’ hawn taħt.
Iċ-ċentri tal-EUROPE DIRECT iqarrbu lill-Unjoni Ewropea lejn in-nies fil-post fejn jgħixu. Dawn iċ-ċentri huma f’pożizzjoni li jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek dwar l-UE. Jiddjalogaw maċ-ċittadini u mal-partijiet ikkonċernati sabiex iħossuhom aktar involuti fil-proġett Ewropew.
- Id-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għal Orizzont Ewropa joffru gwida, informazzjoni prattika, u assistenza dwar il-programm Orizzont Ewropa għar-riċerka u l-innovazzjoni.
- Il-Punti Fokali Nazzjonali jipprovdu pariri u appoġġ lil entitajiet lokali mid-diversi pajjiżi li jieħdu sehem fil-Programm l-UE għas-Saħħa.
- In-Network Enterprise Europe jipprovdi servizzi bla ħlas li jgħinu lin-negozji jinnovaw u jikbru fuq skala internazzjonali. Huwa l-akbar network fid-dinja li joffri appoġġ għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li għandhom ambizzjonijiet internazzjonali.
- In-SOLVIT jgħin liċ-ċittadini u n-negozji tal-UE jinfurzaw id-drittijiet tagħhom meta jgħixu, jaħdmu, jew joperaw f’pajjiż ieħor tal-UE.
- L-Iċ-Ċentri Nazzjonali tal-Europass huma l-ewwel punt ta’ kuntatt għal kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li jkunu interessati li jużaw jew jitgħallmu aktar dwar il-Europass, l-għodda Ewropea għall-ġestjoni tat-tagħlim u l-karriera.