Regoli tal-oriġini fil-Konvenzjoni Pan-Ewro-Mediterranja riveduta
Żewġ settijiet ta’ regoli tal-oriġini alternattivi japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2025. Mill-1 ta’ Jannar 2026, se tapplika biss il-Konvenzjoni PEM riveduta:
- Ir-regoli tal-oriġini tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (il-Konvenzjoni PEM). Il-Konvenzjoni PEM ġiet miftiehma fl-2011 bil-ħsieb li jiġu stabbiliti regoli komuni ta’ oriġini u l-lista tal-Partijiet Kontraenti tal-PEM)u l-UE biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġu integrati l-ktajjen tal-provvista fiż-żona.
- Il-Konvenzjoni PEM riveduta
- Dawn huma regoli tal-oriġini simplifikati u modernizzati meta mqabbla ma’ dawk inklużi fil-Konvenzjoni PEM.
- Aktar informazzjoni ta’ sfond dwar il-proċess ta’ reviżjoni hija disponibbli hawnhekk.