Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi kimiċi

Jekk tforni kwalunkwe sustanza kimika ta’ riskju fiż-ŻEE, għandek tikkonforma mar-Regolament REACH u jiżgura li r-riskji tas-sustanzi kimiċi huma kkomunikati b'mod ċar lill-ħaddiema u lill-konsumaturi permezz ta' pittogrammi u stqarrijiet standard fuq it-tikketti u l-iskedi ta’ data dwar is-sikurezza.

Jekk ma tantx taf dwar il-liġijiet tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi, agħti daqqa t'għajn lejn il-gwida għas-sikurezza kimika għan-negozji żgħar u ta' daqs medju Iftaħ bħala link estern . Trid tqis il-proċessi assoċjati ma’ Iftaħ bħala link estern , jekk japplikaw, meta tippjana proċeduri tas-CLP.

Sustanzi kimiċi ta' riskju

Qabel ma tqiegħed sustanzi kimiċi jew taħlitiet ta' sustanzi simili fis-suq, għandek:

  • tistabbilixxi kull riskju li jista’ jkollhom għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u tikklassifikahom skont il-perikli li tidentifika
  • tagħmel tikketti u imballaġġ tas-sustanzi kimiċi ta’ riskju permezz tas-sistema standardizzata stipulata fir-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP) biex il-ħaddiema u l-konsumaturi jkunu jafu dwar l-effetti tagħhom qabel ma jużawhom.

Jekk tqiegħed sustanza ta' riskju fis-suq (waħidha jew imħallta ma' sustanzi oħrajn), għandek tinnotifika de et hu pl sl Iftaħ bħala link estern l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar tagħha lill-da et hu pl sl Iftaħ bħala link estern ). In-notifiki huma bla ħlas u għandhom jintbagħtu fi żmien xahar mit-tqegħid fis-suq tas-sustanza/ tat-taħlita għall-ewwel darba. Jekk int importatur, id-data ta' għeluq tibda tgħodd mill-jum meta sustanza (jew taħlita ta’ sustanzi) tidħol fit-territorju doganali tal-UE.

Kif tikklassifika, tagħmel tikketta u imballaġġ għas-sustanzi kimiċi

Għandek issegwi 2 regoli:

  • Ikklassifika, agħmel tikketta u qiegħad f’imballaġġ lis-sustanzi kimiċi skont is-sistema l-ġdida tas-CLP u informa lill-utenti dwar il-klassifikazzjoni.
  • Agħmel tikketta u qiegħad f’imballaġġ lit-taħlitiet ta' sustanzi skont is-sistema l-ġdida tas-CLP biss.

L-identifikatur uniku tal-formula

L-identifikatur uniku tal-formula (jew UFI) ġie żviluppat biex jgħin liċ-ċentri għal kontra l-velenu fl-identifikazzjoni rapida u korretta tal-prodotti matul is-sejħiet ta’ emerġenza. Il-prodotti kollha li fihom sustanzi ta' riskju jridu juru l-kodiċi tal-UFI fuq it-tikketta.

Ġeneratur tal-gwida u tal-kodiċi tal-UFI en

Kif tikkonforma mar-Regolament CLP (Klassifikazzjoni, Ittikkettar u Imballaġġ)

Ir-Regolament CLP japplika għal firxa wiesgħa ta’ kumpaniji:

  • manifatturi
  • importaturi u ri-importaturi ta’ sustanzi jew taħlitiet
  • produtturi ta’ oġġetti speċifiċi
  • formulaturi u distributuri
  • bejjiegħa bl-imnut.

L-obbligi tiegħek jiddependu mir-rwol tiegħek fil-katina tal-provvista.

L-UE inkorporat ir-regoli dinjin ġodda (Sistema Globalment Armonizzata - GHS) żviluppati min-Nazzjonijiet Uniti fir-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ. L-għan tagħhom hu li l-kummerċ globali jsir iktar faċli u li jgħinu lill-konsumaturi.

Ara wkoll:

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ħelpdesks nazzjonali għal sustanzi kimiċi

Il-ħelpdesks nazzjonali huma l-ewwel punt ta’ kuntatt għal mistoqsijiet dwar l-obbligi tiegħek skont ir-Regolamenti REACH u s-CLP.

Punt ta' Kuntatt tal-Prodott

Il-Punt ta’ Kuntatt tal-Prodott tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek fl-aċċess għal suq nazzjonali ieħor fl-UE.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 17/04/2024
Ikkondividi din il-paġna

Follow Lee on X/Twitter - Father, Husband, Serial builder creating AI, crypto, games & web tools. We are friends :) AI Will Come To Life!

Check out: eBank.nz (Art Generator) | Netwrck.com (AI Tools) | Text-Generator.io (AI API) | BitBank.nz (Crypto AI) | ReadingTime (Kids Reading) | RewordGame | BigMultiplayerChess | WebFiddle | How.nz | Helix AI Assistant