Xiri ta’ dar

Dritt għax-xiri ta’ proprjetà

Bħala ċittadin tal-UE, għandek id-dritt li tgħix fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE u għandek l-istess drittijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri jew il-bejgħ ta’ proprjetà. Dawn id-drittijiet japplikaw għal djar użati bħala residenza primarja, it-tieni djar (jew villaġġaturi), u proprjetajiet bħala uffiċċju.

Protezzjoni

Jekk xi ħaġa tmur ħażin, u tħoss li d-drittijiet bħala konsumatur ma ġewx rispettati, hemm diversi mezzi ta’ rimedju. Aqra dwar drittijietek bħala konsumatur u l-modi differenti kif tikseb l-għajnuna.

It-taxxa

Jekk tixtieq tikseb ipoteka biex tiffinanzja x-xiri tal-proprjetà tiegħek, jista’ jkollok bżonn numru tat-taxxa maħruġ minn dak il-pajjiż sabiex tidħol fi ftehim ta’ self ma’ bank. Aqra aktar dwar l-ipoteki fl-UE.

Għal aktar informazzjoni dwar it-tip ta’ taxxi li jkollok tħallas meta tixtri jew tbigħ proprjetà (inkluż fuq il-qligħ kapitali), kif ukoll it-tip ta’ taxxi li tħallas bħala sid ta’ proprjetà, iċċekkja s-sit web nazzjonali tal-pajjiż fejn tixtieq tixtri.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 03/02/2025
Ikkondividi din il-paġna

Follow Lee on X/Twitter - Father, Husband, Serial builder creating AI, crypto, games & web tools. We are friends :) AI Will Come To Life!

Check out: eBank.nz (Art Generator) | Netwrck.com (AI Tools) | Text-Generator.io (AI API) | BitBank.nz (Crypto AI) | ReadingTime (Kids Reading) | RewordGame | BigMultiplayerChess | WebFiddle | How.nz | Helix AI Assistant