Garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà

Din it-tikketta tirrappreżenta “garanzija kummerċjali ta’ durabbiltà” mogħtija fi snin. Il-garanzija tiġi offruta mill-produttur mingħajr spejjeż addizzjonali, tkopri l-oġġett kollu u ddum aktar minn sentejn.

Garanzija ta’ durabbiltà mill-produttur (eżempju)

Tirrappreżenta l-impenn tal-produttur lejk bħala konsumatur fejn tidħol id-durabbiltà ta’ oġġett. B’mod aktar speċifiku, jintrabat li l-oġġett se jżomm il-funzjonijiet meħtieġa u l-prestazzjoni tiegħu bl-użu normali, għan-numru ta’ snin indikati fuq it-tikketta. Inkella, il-produttur irid isewwi jew ibiddel l-oġġett mingħajr spejjeż. Il-produttur irid jiddeskrivi t-termini eżatti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija kummerċjali.

Bħala konsumatur fl-UE, inti tibbenefika wkoll mid-drittijiet ta’ garanzija legali kontra l-bejjiegħ. Il- legali tapplika indipendentement minn kwalunkwe garanzija kummerċjali.

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 26/09/2025
Ikkondividi din il-paġna

Follow Lee on X/Twitter - Father, Husband, Serial builder creating AI, crypto, games & web tools. We are friends :) AI Will Come To Life!

Check out: eBank.nz (Art Generator) | Netwrck.com (AI Tools) | Text-Generator.io (AI API) | BitBank.nz (Crypto AI) | ReadingTime (Kids Reading) | RewordGame | BigMultiplayerChess | WebFiddle | How.nz | Helix AI Assistant